Wednesday, October 9, 2024

Is-suq Taljan ikompli jgawdi l-popolarità b’244,322 moviment matul Awwissu

Aqra wkoll

It-traffiku rrappurtat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kompla juri xejra pożittiva, bil-passiġġieri għax-xahar ta’ Awwissu jirreġistraw żieda ta’ 6.7% fuq l-2019 biex laħħqu 878,462.

Minkejja żieda ta’ 2.8% fuq l-2019 fin-numru ta’ postijiet disponsibbli fuq it-titjiriet, is-seat load factor laħaq l-ogħla livell tiegħu ta’ 91.4% hekk kif f’Awwissu bosta rħewlha lejn id-destinazzjoni preferuta tagħhom.

Is-suq Taljan kompla jgawdi mill-akbar popolarità b’244,322 moviment tal-passiġġieri, filwaqt li r-Renju Unit ikklassifika fit-tieni post hekk kif in-numru ta’ passiġġieri minn u lejn dan is-suq baqa’ taħt il-livelli tal-2019.

Meta nqabblu l-aqwa ħamest iswieq ta’ Awwissu ma’ Lulju, naraw bidla fil-pożizzjoni tal-Ġermanja u Franza, bis-suq tal-ewwel jerġa’ jitla’ fit-tielet post. Id-differenza bejn il-movimenti tal-passiġġieri li rreġistraw dawn iż-żewġt iswieq kienet biss ta’ 2,709.

Is-suq Spanjol ma ċċaqlaqx mill-ħames post li ilu jokkupa għal tliet xhur konsekuttivi.

Sport