Is-suspettat ewlieni fil-qtil makabru ta’ Mario Farrugia li nstab mejjet fil-bagoll ta’ karozza aktar kmieni dan ix-xahar qed jiffaċċja akkużi ta’ attentat ta’ qtil ta’ raġel ieħor sentejn ilu.
Sorsi li tkellmu ma’ The Times of Malta qalu li Elliot Paul Busuttil qed jiġi interrogat mill-pulizija. Fl-2020, huwa ġie mixli li pprova joqtol raġel Bulgaru ta’ 57 sena u seraqlu l-flus f’Ta’ Qali. Huwa kien wieġeb mhux ħati.
L-istess ġurnal jgħid qal li l-mottiv tal-qtil ta’ Mario Farrugia għadu mhux magħruf, iżda allegatament sorsi qalu li jemmnu li l-każ jista’ jkun marbut ma’ dejn kbir li għandu l-vittma.
Ir-rapport qal ukoll li l-Pulizija għandha filmati tas-CCTV u informazzjoni dwar telefonati li wassluhom biex jiġu arrestati l-erba’ persuni, li huma żewġt irġiel u żewġ nisa, li huma suspettati bl-involviment tagħhom fl-omiċidju ta’ Mario Farrugia.
L-istess rapport qal li l-investigaturi qed jistennew testijiet tad-DNA li saru fuq is-suspettat ewlieni u l-persuni l-oħra.