Il-pulizija tal-Portugall qegħdin jinvestigaw jekk Christian B, wieħed mis-suspettati fil-każ tal-għejbien ta’ Madeleine McCann, kienx involut fl-stupru li seħħ f’Algarve tliet snin qabel il-każ ta’ McCann.
Christian B, li huwa predatur sesswali, qiegħed ikun investigat dwar allegat rabtiet ma’ attakk sesswali li kien seħħ fuq mara Irlandiża.
Pulizija li tkellmu ma’ BBC qalu li hemm informazzjoni kredibbli li l-Ġermaniż ta’ 43 sena jista’ jkollu rabtiet mal-każ ta’ mara li kienet ġiet attakkata meta kienet qiegħda taħdem f’dan ir-reġjun fl-2004.
L-ebda suspettat ma kien ġie identifikat f’dan il-każ, iżda f’dawn l-aħħar jiem sar magħruf li Christian B kien wettaq stupru simili ħafna f’Praia da Luz u għalhekk huwa tqiegħed fuq il-lista ta’ suspettati.