Budapest, l-Ungerija – F’wirja ta’ eleganza u determinazzjoni, l-atleti tal-klabb ta’ l-għawn artistiku Synchro Knights ta’ Malta ħadu sehem fil-kompetizzjoni prestiġjuża ‘Hungarian Cup’ fil-bidu ta’ Novembru, fejn kienu qed jikkompetu ma atleti ta’ livell gholi minn pajjizi Ewropej oħra varji. L-atleti kienu akkumpanjati mill-Kowċ Prinċipali Jeremy Farrugia u Laura Marquez Urrego, il-Koordinatriċi Artistika u Teknika tal-klabb kif ukoll il Coach tat-tijm Juniors/Seniors.
Emily Ruggier ta’ 18-il sena, kisbet l-ewwel post fil-kategorija Senior Women Free Solo b’rutina eċċellenti li biha rebħet il-midalja tad-deheb; Emily rduppjat is-suċċess tagħha billi kisbet ukoll il-midalja tal-fidda fil-kategorija Junior Women Free Solo. Fl-istess kategorija, Valentina Marchi ta’ 21 sena, kompliet is-success meta kisbet it-tieni post u b’hekk rebħet il-midalja tal-fidda, li tenfasizza l-fond tat-talent tal-klabb.

Iż-żewġ atleti dejjem wrew talent fl-isport u qatt ma bezgħu mix-xogħol iebes. Taħt il-gwida tal-kowċ Laura, Emily, Valentina u sħabhom issa qed imexxu l-konfini ta’ fejn jistgħu jilħqu, u jiksbu livelli ġodda, billi jgħollu id-diffikultà teknika u jikkompetu b’koreografiji oriġinali li kowċ Laura tagħhom tikkrejalhom b’talent tassew impressjonanti.
Dawn ir-rebħiet qed iħeġġu żieda fl-interess lejn l-għawn artistiku f’Malta, fejn it-taħlita eleganti ta’ l-għum, żfin u ġinnastika qed taqbad udjenzi ġodda. Bħala l-uniku klabb f’Malta ddedikat għal din id-dixxiplina, Synchro Knights għandha iktar minn 80 atleta u 10 kowċis. It-timijiet jinkludu ‘Novice’ li jibdew minn 5 snin, ikomplu bit-timijiet kompetittivi minn 10 snin ’il fuq, u t-tim tal-Masters, idejali ghall dawk li għandhom 20 sena u aktar.
“Dawn il-midalji mhumiex biss rebħiet għall-atleti tagħna; huma sinjal għall-għatleti aspiranti ta’ Malta;” qalet il-president tal-klabb Claire Blake. “Aħna nieħdu gost naraw l-għawn artistiku jikber fil-popolarita’ f’Malta, grazzi f’parti kbira għas-sostenn bla waqfien mill-kumitat u kowcis tal-Klabb.
Għal dawk li jixtiequ jesperjenzaw dan l-isport, Synchro Knights se jorganizzaw ‘Open Day’ f’Jannar li jmiss fil-pixxina moderna u msaħħna li tinsab gewwa il-kumpless ta’ Ta’ Qali. Din hija opportunita’ għal tfal u zgħazagħ li jixtiequ jidħlu fl-ilma u jippruvaw l-isport biex umbad jingħaqdu mal-Klabb u jkomplu jitgħallmu. Għal iktar dettalji, jekk jogħġobkom ibagħtu email lil Synchro Knights fuq [email protected]
Tistgħu ukoll issegwu Synchro Knights fuq Facebook u Instagram.

