Wednesday, October 9, 2024

Isabelle Bonnici tirbaħ il-premju “Mara tas-Sena” tal-Mvintage

Aqra wkoll

Isabelle Bonnici, omm Jean Paul Sofia li miet fuq il-post tax-xogħol f’Kordin f’Diċembru tas-sena l-oħra rebħet il-premju “l-Mara tas-Sena” li għat-tieni sena konsekuttiva ġie organizzat minn Mvintage.

Ir-rebbieħa għamlet u għadha tagħmel ġlieda kbira biex issir ġustizzja wara l-mewt ta’ binha. Fi kliemha stess hija kienet qalet li “titlef l-unika wild li jkollok hija l-agħar ħaġa li mara jista’ jiġrilha. Irrid u se niġġieled biex il-legat ta’ Jean Paul ma jmut qatt u permezz tal-mewt tiegħu jitranġaw l-affarijiet u ma jmutux aktar persuni fuq il-post tax-xogħol.”

Isabelle permezz tal-kampanja li wettqet għamlet pressjoni fuq l-awtoritajiet Maltin biex tinfetaħ inkjesta pubbliku, tant li llum din l-inkjesta bdiet miexja b’pass mgħaġġel biex issir ġustizzja.

Intant, in-nominati għal dan il-premju kienu Francesca Fenech Conti, Josette Frendo, Isabelle Bonnici, Izi Micallef u Karen Vella. Il-kumpanija Mvintage tgħid li dawn il-ħames nisa ħadmu bis-sħiħ biex ħallew impatt pożittiv fil-ħajja tan-nies u anke għamlu differenza kbira fil-komunità.

Sport