Żewġ ħaddiema tal-minjieri li qattgħu disat ijiem maqbuda f’minjiera taz-żingu fil-Korea t’Isfel li ġġarrfet u li għexu biss fuq il-kafè, b’xorti tajba ġew salvati.
Huwa maħsub li l-irġiel, ta’ 62 u 56 sena rispettivament, żammew lilhom infushom sħan billi xegħlu n-nar u anke bnew tinda bil-plastik. Jidher li l-kundizzjoni ta’ dawn il-ħaddiema hi waħda stabbli.
Dan kollu seħħ waqt perjodu ta’ luttu nazzjonali għall-Korea t’Isfel wara li aktar minn 150 persuna mietu mgħaffġa fil-kapitali Seoul il-ġimgħa li għaddiet.
Il-ħaddiema kienu maqbuda kważi 200 metru taħt l-art wara li parti mill-minjiera taż-żingu li kienu qed jaħdmu fiha waqgħet fis-26 ta’ Ottubru f’Bonghwa, fil-Lvant tal-pajjiż.
Huwa kienu salvati l-Ġimgħa u wara ttieħdu fi sptar lokali. Il-President Yoon Suk-yeol iddeskriva s-salvataġġ tagħhom bħala wieħed “mirakoluż.”