Thursday, December 19, 2024

Isammar musmar f’ras mara biex twelled tifel flok tifla

Aqra wkoll

Uffiċjali Pakistani qed ifittxu ‘saħħar’ li sammar musmar ta’ żewġ pulzieri f’ras mara tqila sabiex twelled tifel minflok tifla. Il-musmar għadda zbrixx minn partijiet vitali tal-moħħ.

L-​azzjonijiet strambi tas-‘saħħar’ jidhru li kienu parti minn sforz biex jiggarantixxi li l-​omm ikollha tarbija tifel.

Il-prattika ta’ fejqan bil-fidi (faith healers) hija komuni fl-Asja u l-prattiki dubjużi tagħhom għandhom l-għeruq fil-mistiku tas-Sufi, li huma komuni l-iktar madwar il-Pakistan, minkejja li hemm diżapprovazzjoni minn ħafna, inklużi xi skejjel tal-Islam.

Fl-Asja t’Isfel speċjalment, tifel huwa maħsub li joffri sigurtà finanzjarja aħjar lill-ġenituri milli joffru l-bniet.

Il-mara waslet fi sptar fil-belt tal-Majjistral ta’ Peshawar wara li ppruvat hi stess tiġbed il-barra l-musmar bit-tnalji, spjega t-tabib Haider Khan.

Dr Khan, li neħħa l-musmar minn ras il-mara, qal li ‘Kienet f’sensiha għal kollox, iżda kellha uġigħ kbir’ .

L-omm ta’ tliet ibniet qalet li kienet tqila b’tifla oħra.

X-ray wera li l-musmar ta’ ħames ċentimetri (żewġ pulzieri) iddaħħal fil-kranju tan-naħa ta’ fuq ta’ ras il-mara iżda ma laqatx moħħ.

Dr Khan qal li martell jew oġġett tqil ieħor intuża biex jiġi msammar il-musmar.

Fil-bidu, il-mara kienet qalet lill-istaff tal-isptar li kienet hija stess li martellat il-musmar f’rasha fuq il-parir tal-‘faith healer’ iżda aktar tard qalet li kien hu li wettaq l-att.

Il-pulizija tal-belt ta’ Abbas f’Peshawar ġabru filmati tas-CCTV mill-isptar u jittamaw li jsibu lill-vittma f’tentattiv biex jidentifikaw u jaqbdu lis-saħħar.

Ekonomija

Sport