Sunday, October 27, 2024

Isejħu protesta oħra għall-ġustizzja u biex jerġgħu jinġiebu lura l-festi

Aqra wkoll

‘Freedom Movement’ qed jerġa’ isejjaħ lill-pubbliku biex jattendu protesta oħra għall-ġustizzja u biex jerġgħu jinġiebu lura l-festi li kull raħal jiċċelebra f’ġieħ il-patrun rispettiv tagħhom. 

Huma qalu: “Waqt il-protesta, se jkunu l-vuċi għat-tfal li qed jiffriżaw għad-dannu tad-dinjità tagħhom fil-klassijiet minħabba l-miżura tal-Covid-19 li tgħid t-twieqi tal-klassijiet iridu jibqgħu miftuħa u li l-maskra trid tintlibes waqt li jkunu qed jattendu l-iskola.”

Spjegaw li l-protesta li jmiss, bil-permess tal-Kummissarju tal-Pulizija, se ssir għada fl-10.00a.m u tibda minn quddiem il-Kurja, il-Furjana. Imbagħad huma se jersqu lejn il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u wara, jimxu bi protesta lejn il-parlament ta’ Malta. 

Waqt il-protesta, se jsiru xi diskorsi, l-aħħar wieħed ikun minn Paul Richard Chetcuti.

Temmew jgħidu li din hija protesta nazzjonali mingħajr partit politiku involut minkejja li l-preżenza tal-politiċi hi milqugħa.

Sport