Waqt dibattitu parlamentari mill-iktar imqanqal, ma naqsux il-botti u risposti bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.
Min-naħa tiegħu d-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina sostna dwar gvern frodista li kif kien jgħid l-eks mexxej Nazzjonalista Eddie Fenech Adami dan hemm miegħu l-ħabs li qiegħed ibeżża’ lill-gvern u mhux lill-Oppożizzjoni.
Spikkat l-ironija fid-diskors ta’ Aquilina li waqt id-diskors tiegħu qal “Li meta l-onorevoli ħabib tiegħi Adrian Delia mar jiftaħ il-kawża”.
Meta kkonfrontat min-naħa tal-gvern dwar dan huwa kompla biex jgħid “Iva Adrian Delia ħabib tiegħi staqsu lilu”.
Dan wara li wiċċ l-istess Aquilina tfattċa minn ta’ quddiem meta l-fazzjoni tal-Partit Nazzjonalista taħt il-kappa tas-17 Blue Heroes, għamlet minn kollox biex l-istess Delia jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni.