Saturday, November 9, 2024

Isellmu l-memorja ta’ DCG u jsostnu li l-pandemija waqqfithom għal ftit milli jipprotestaw … iżda se jkomplu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 p.m grupp ta’ persuni nġabar quddiem il-monument tal-Assedju l-Kbir biex ifakkar il-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia.

Illum 32 xahar wara l-qtil tagħha, dawk preżenti sostnew li se jkomplu jagħtu l-ħajja lil dak li kitbet dwaru Daphne u li se jibqgħu jsostnu li ssir ġustizzja. Fost il-kelliema li ndirizzaw lil dawk preżenti kien hemm min għamel kuntrast bejn il-virus tal-Covid-19 li taffa fl-aħħar jiem u “l-virus tal-korruzzjoni” li għadu għaddej.

Intant fost il-ħafna akkużi fil-konfront ta’ dawk kollha li qed jisemmew fl-inkjesta b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, spikkat l-affermazzjoni tal-kelliema li kkonfermaw li din mhux se tkun l-aħħar darba li se jkunu qed jiltaqgħu biex ifakkru lil Caruana Galizia.

Waħda mill-kelliema qalet li “l-pandemija tal-Covid-19 setgħet waqqfithom milli jkomplu bil-protesti tagħhom, iżda issa li l-Prim Ministru ħabbar li ninsabu viċin in-normalità se nkomplu nsemmgħu leħinnha sakemm issir ġustizzja”.

Sport