Friday, December 20, 2024

Isemmu ‘l binhom Lucifer minkejja li ma ħallewhomx … “Jekk tridu semmuh xi ħaġa oħra u għajtulu hekk meta tkunu d-dar”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Anthea Cachia

Dan u Mandy, koppja minn Derbyshire fir-Renju Unit, irnexxielhom isemmu lil binhom Lucifer wara xkiel mill-uffiċċju tar-reġistar fi ħdan il-kunsill ta’ Derbyshire. 

Il-koppja rċeviet diversi lmenti mill-impjegati tal-kunsill dwar dan l-isem tant li qalulhom li binhom, “mhux se jirnexxi fil-ħajja” u għaldaqstant għamlu rapport uffiċjali.

Filwaqt li spjegaw li l-koppja m’humiex reliġjużi, huma qalu li l-isem għażluh mingħajr ebda referenza għax-xitan jew konnotazzjonijiet sataniċi oħra. 

Dan qal lil The Sun, “konna vera eċitati biex immorru nirreġistraw iżda minflok sibna mara tħares lejna bl-ikrah u qaltilna li t-tifel tagħna qatt m’hu se jirnexxielu jsib impjieg u li l-għalliema tiegħu qas biss se jkunu jridu jgħallmuh.”

Huwa żied jgħid li minkejja li ppruvaw jargumentaw ma’ din il-mara dwar l-intenzjonijiet tagħhom hija ma riditx taf u qaltilhom li, “fi New Zealand huwa illegali li ssemmih hekk. Jekk tridu semmuh xi ħaġa oħra u għajtulu hekk meta tkunu d-dar.”

Kelliem għal kunsill qal, “jiddispjaċina jekk offendew lil din il-koppja imma huwa parti mix-xogħol li joffru pariri dwar sitwazzjonjiet simili, għaliex xi kultant in-nies ma jkunux konxji ta’ ċerti tifsiriet jew konnotazzjonijiet ta’ ċerti ismijiet.”

Ekonomija

Sport