Friday, November 15, 2024

Ishmael Barbara b’impenn fil-UEFA Youth League

Aqra wkoll

Il-Malta FA bi pjaċir ħabbret impenn internazzjonali ieħor għall-uffiċjali lokali tal-logħba.

Ir-referee tal-FIFA Ishmael Barbara ngħata l-kompitu li jmexxi l-UEFA Youth League – Domestic Champions path it-tieni rawnd, l-ewwel leg fl-Albanija bejn it-tim lokali KF Apolonia Youth u t-tim Kroat HNK Hajduk Plc. Split.

Il-partita tal-Erbgħa hija skedata li ssir fil-Loni Papuçiu Stadium fil-belt ta’ Fier li tinsab fiċ-ċentru tal-Albanija.

Għal dan ir-referee, Ishmael Barbara se jkun mgħejjun minn Roberto Vella u James Muscat bħala l-Assistenti tiegħu, fejn l-FA Albaniża se tkun qed tipprovdi r-raba’ uffiċjal.

L-MFA awgurat mill-qalb lil Ishmael u t-tim tiegħu ta’ uffiċjali tal-logħba kollha li jirrappreżentaw lill-Malta FA, għal dan l-impenn internazzjonali ta’ għada l-Erbgħa.

Ekonomija

Sport