Saturday, November 1, 2025

Ishmael Barbara president ġdid tal-Malta Football Referees Association (MFRA)

Aqra wkoll

Il-Malta Football Referees Association (MFRA) kellha l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tagħha nhar il-Ħamis, 30 ta’ Ottubru 2025 fis-Sala taċ-Ċentenarju f’Ta’ Qali.

Matul il-laqgħa, is-Sur Ishmael Barbara ġie elett formalment President tal-MFRA, wara r-riżenja tas-Sur Trustin Farrugia Cann wara l-elezzjoni tiegħu bħala Viċi President tal-Malta FA.

L-Assoċjazzjoni irringrazzjat lil Trustin għas-snin ta’ tmexxija u dedikazzjoni tiegħu, u ferħet lil Ishmael għall-elezzjoni tiegħu. L-MFRA tħares ‘il quddiem biex tkompli l-ħidma tagħha fl-aħjar interess tar-referees kollha.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport