Saturday, May 18, 2024

Isiefru iktar minn 158,000 persuna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Bejn il-perjodu ta’ Jannar u Marzu ta’ din is-sena, dawk li siefru barra minn Malta jammonta għal iktar minn 158,000 persuna. Dan ifisser żieda ta’ 70,000 persuna meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Dan ħareġ minn ċifri tal-Uffiċju tal-Istatistika, l-NSO, fejn ħareġ ukoll li iktar minn 43,000 persuna siefru sabiex iżuru lil qrabathom jew sħabhom fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, filwaqt li dawk li siefru fuq btala jammontaw għal iktar minn 90,000 persuna.

L-istess ċifri juru li fl-ewwel tlett xhur tas-sena 2023, l-Italja kien l-iktar pajjiż li siefru fih minn Malta b’total ta’ iktar minn 56,000 persuna. Wara l-Italja, ikklasifikaw ir-Renju Unit, Spanja, Franza u l-Ġermanja.

B’kollox dawk kollha li siefru fl-ewwel kwart ta’ din is-sena nefqu iktar minn €130 miljun, li jfisser li kull individwu nefaq medja ta’ €832.

Sport