Dan l-aħħar l-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta organizzat b’suċċess il-BMX Fest – Xmas Edition 2023 International BMX competition, fejn ħadu sehem diversi parteċipant fosthom anke riders professjonali barranin.
F’dan il-festival ħaġru rebbieħa l-Kolumbjan David Aldan fi Grupp A. Warajh spiċċaw rispettivament Gianni Zahra u Brandon Grech. Grupp B intrebaħ minn Chalane Catania li kien segwit minn Joshua Bonnett u s-Serb Gary Nedimovic.
Bħala l-iktar sewwieq prominenti tas-sena ntagħżel Joshua Bonnett li kien ippreżentat bit-trofew mill-ex-assistent kummissajru tal-puliżija Alfred Abela. Fi tmien tal-festival kienu ppreżentati t-trofej u l-medalji lir-rebbieħa minn John Zammit, president u fundatur tal- Assoċjazzjoni tal-BMX Malta.
L-Assoċjazzjoni tal-BMX Malta tixtieq tirringrazzja lil diversi sponsors ewlenin u li anke lil pprovdew it-trofej u mmedalji lir-rebbieħa, kif ukoll lil ekwipaġġ kollu, membri attwali, kif ukoll il-membri u sponsors tal-passat li kontinwament taw u baqgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom fuq bażi volontarja, għax mingħajr l-għajnuna tagħhom ma kienx ikun possibli li l-Assocjazzjoni tibqa għaddejja bil-ħidma tagħha għal dawn l-aħħar 38 sena. Hija tixtieq trodd ħajr ukoll lil pubbliku li attenda għal dawn il-kompetizzjonijiet kif ukoll lil media lokali tal-appoġġ kollu tagħhom.
Iktar informazzjoni fuq l-attivitajiet tal-BMX Malta tista tinkiseb mill-website tal-istess Assoċjazzjoni jew mill-paġna ta’ facebook: Malta BMX.