Saturday, December 21, 2024

Isir ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar is-Sibt, 13, u l-Ħadd, 14, ta’ Lulju, l-Island Karting Club u Karting Club Malta, b’kollaborazzjoni mal-Malta Motorsport Federation, ospitaw ir-raba’ rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Karting għal din is-sena fit-trakka La Reve f’ Ħal Far. L-ġurnata tas-Sibt kienet iddedikata għall-klassijiet tal-iżgħar sewwieqa, d-Day Race, Rotax Micro, GR3, u Iame X30 Junior.

Ir-rebbieħa tad-diversi klassijiet kienu dawn: Luca Camilleri rebaħ id-Day Race, Zara Vella Gauci kisbet it-tieni pożizzjoni. Andrei Fenech ħareġ rebbieħ fir-Rotax Micro Class, b’Solberg Galea u Jake Jordan Micallef isegwu mill-qrib. Zane Pace iddomina l-Klassi GR3, b’Zack Scicluna u Mattias Abela jassiguraw il-pożizzjonijiet ta warajħ. Delcine Galea ħarġet bħala r-rebbieħa fl-Iame X30 Junior, b’Daniel Abela u Dario Mifsud bħala runners-up waraja.

Il-Ħadd, kellna l-klassijiet tal-kbar, Vortex ROKGP, Rotax Max, Iame X30 u Iame X30 Master.

Ir-rebħa ta’ Ryan Borg fil-klassi Vortex ROKGP kienet mument ta’ trijonf, segwit minn Claude Brincat u Glenn Vassallo. Ir-rebħa ta’ Eman Muscat fil-klassi Rotax Max kienet meritata, segwit minn Bernard Vella u Timothy Zarb.

Ir-rebħa ta’ Kane Mallia fl-Iame X30 kienet xhieda tat-talent tiegħu, segwit minn Miguel Grech u Kyle Micallef. Il-pożizzjonijiet ta’ Kenneth Vella, Sandro Bugeja, u Josef Micallef fil-Masters Class Iame X30 kienu riflessjoni tax-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tagħhom.

L-Island Karting Club, Karting Club Malta, u l-Malta Motorsport Federation diġà ppreparati għall-ħames round li ser isir is-Sibt u l-Ħadd, 14 u 15 ta’ Settembru. Avveniment ieħor eċċitanti fit-trakka La Reve f’Ħal Far, tmiem il-ġimgħa ieħor ta tiġrijiet eċitanti.

Ekonomija

Sport