F’temp xemxi mil-isbaħ f’nofs l-istaġun tax-xitwa, ilbieraħ mijiet ta’ familji erħewla lejn il-pjazza San Pietru u San Pawl in-Nadur Għawdex biex igawdu l-ewwel Festival taċ-Ċitru li ġie organizzat mil-Għaqda Armar bl-għajnuna ta’ diversi sponcers u l-Ministeru għal Għawdex.

F’din il-pjazza prinċipali intramaw diversi stalel fejn il-pubbliku seta’ jixtri laring u limi frisk, ikel u xorb magħmul min dan il-frott u oġġetti oħra tradizzjonali magħmula miċ-ċitru.

Il-familjari flimkien mat-tfal tagħhom kellhom attrazzjonijiet eċċitanti, fejn It-tfal setgħu jiltaqgħu mal-karattri favoriti tagħhom ta’ Disney u logħob ieħor,

Spikka ukoll id-divertiment kontinwu tul is-sitt sigħat ta’ dan il-festival fejn f’ġemb tal-pjazza ntrema palk ewlieni fejn saru wirjiet minn Cash and Band, Jolene Samham, Angel Voices, Wildrose Linedancers, u artisti oħra lokali.