Friday, November 22, 2024

Isir l-iżgħar persuna fid-dinja li dar id-dinja waħdu f’ajruplan żgħir

Aqra wkoll

Pilota żagħżugħ sar l-iżgħar persuna li dar id-dinja waħdu waqt li kien qed isuq ajruplan żgħir.

Mack Rutherford ta’ 17-il sena niżel f’Sofia, il-Bulgarija, wara vjaġġ ta’ ħames xhur madwar 52 pajjiż. 

Tul il-vjaġġ, Mack, li twieled minn ġenituri Ingliżi iżda trabba fil-Belġu, kellu jaffaċċja maltempati tar-ramel fis-Sudan u qatta’ lejl f’gżira diżabitata fil-Paċifiku. 

Oħtu l-kbira, Zara hi l-iżgħar mara fid-dinja li għamlet dan il-vjaġġ waħedha madwar id-dinja. Hija kienet temmet il-vjaġġ tagħha f’Jannar ta’ din is-sena u żvelat li hija kienet tat parir lil ħuha dwar ir-rotta li kienet se tagħmel.

Sport