Nhar il-Ħadd li għadda, l-ewwel Ħadd tar-Randan – Ħadd in-Nies sar sar pellegrinaġġ penitenzjali djoċesan matul it-toroq ta’ Ħaż-Żabbar, immexxi mill-Arċisqof Charles Scicluna u akkumpanjat bil-vara tal-Madonna tal-Grazzja.

Hekk kif spiċċa l-pellegrinaġġ saret quddiem fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar.
L-Arċisqof Scicluna sejjaħ lill-Insara kollha, minn kull mixja tal-ħajja biex jingħaqdu fit-talb fl-Ewwel Ħadd tar-Randan.

Dan il-pellegrinaġġ isir kull sena fuq inizjattiva tad-Djoċesi ta’ Malta.

