Friday, November 15, 2024

Issir l-Fustal Ceremony Awards

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-futsal lokali Luxol St Andrews serqu x-xena fl-Enemed Futsal Ceremony Awards li saru lbieraħ fi stabbiliment f’San Ġiljan.

Mark Zammit rebaħ il-Plejer Malti tas-sena u l-aqwa skorer tal-kampjonat filwaqt li Maicon da Silva ħa l-unur tal-plejer tas-sena overall.

Il-kowċ ta’ Luxol Gabriel Dobre ġie vvutat bħala l-kowċ tas-sena bi Stefan Vella l-aqwa gowlkiper.

L-unur tal-aqwa żagħżugħ tas-sena ngħata lil Ryan Muscat ta’ Siġġiewi.

Preżenti għal din is-serata kien hemm il-ministru għall-Edukazzjoni u Sport Clifton Grima, is-Shadow Minister Graham Bencini, il-viċi-president tal-MFA Dr Matthew Paris, il-president tal-FMA Mark Borg, rapprezentanti tal-klabbs, sponsors, plejers innominati ghall-awards u mistednin oħra distinti.

Ekonomija

Sport