Thursday, July 23, 2026
Home Sport Ismael Bennacer mistenni jġedded ma’ Milan

Ismael Bennacer mistenni jġedded ma’ Milan

0
772

Il-midfielder difensiv Alġerin Ismael Bennacer mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AC Milan minkejja l-interess ta’ Liverpool fil-firma tiegħu. Bħalissa l-kuntratt eżistenti jiskadi fl-aħħar ta’ Ġunju tas-sena 2024 u kollox jidher li t-tiġdid hi xi ħaġa kważi lesta.

Bennacer għandu 24 sena u ilu mar-Rossoneri sa mis-sena 2019 fejn skorja tliet goals f’84 partita.