Monday, December 29, 2025

Isobel, tifla ta’ sentejn tmut wara li għerqet f’pond fil-Milied

Aqra wkoll

Isobel, tifla ta’ sentejn tilfet ħajjitha hekk kif waqgħet f’pond waqt l-ikla tal-Milied.

Il-każ seħħ f’Doncaster fir-Renju Unit u qiegħed jiġi rraportat li l-familja tagħha għamlu dak kollu posibbli biex isalvawha.

Rapport fil-midja Ingliża qegħdin jgħidu li għal xi raġuni t-tifla ħarbet minn taħt għajnejn il-ġenituri tagħha waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Milied li kienu qegħdin isiru fid-dar tal-familja.

Hekk kif indunaw li Isobel kienet nieqsa mill-ewwel bdew ifittxu, u x’ħin sabuha mgħarrqa fil-pond anke bdew jagħtuha CPR sakemm waslet l-ambulanza. Minkejja kull tentattiv biex tiġi salvata, Isobel ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport