Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:50 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Ħelsien f’Ħal Qormi.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura tat-tip Opel misjuqa minn raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Qormi u mutur tat-tip Peugeot Belville misjuq minn raġel ta’ 50 sena residenti Ħal Balzan.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lis-sewwieq tal-mutur u permezz t’ambulanza ttieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.