Sunday, November 24, 2024

Isofri ġrieħi gravi l-ħaddiem li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Għawdex

Aqra wkoll

Dan is-sit jinsab infurmat li raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-11:45 a.m. kien involut f’inċident waqt li kien jinsab għaddej b’xi xogħlijiet f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Qasam San Ġorġ, ir-Rabat Għawdex.

Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna jidher li Albaniż ta’ 44 sena residenti n-Nadur intlaqat minn pompa tal-konkos waqt li kien qed juża l-istess makkinarju.

Tim mediku ssejjaħ fuq il-post sabiex jassisti lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Fuq il-post ġew imsejħa wkoll uffiċjali tal-Pulizija, filwaqt li ma kinitx meħtieġa assistenza mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

Sport