Raġel indarab wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ 12:20 p.m kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Enejja f’Ħal Lija.
.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari li saret irriżulta li raġel ta’ 50 sena residenti San Ġwann sofra xi ġrieħi meta waqgħu bih xi xorok waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fl-imsemmija sit ta’ kostruzzjoni.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Isofri ġrieħi gravi wara inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Lija
