Saturday, November 23, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara inċident f’Tal-Pietà

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel indarab gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:55 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq l-Indipendenza f’Tal-Pietà.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 61 sena residenti Raħal Ġdid kien qiegħed isuq mutur tat-tip Kymco u għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma’ siġra.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport