Friday, November 22, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li jaħbat f’siġar

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena residenti Marsaskala sofra ġrieħi gravi wra li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Bormla. L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-11.15 p.m. fi Triq San Nikola.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-vettura Citroen li kien qed isuq u daħal f’xi siġar.

Il-membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jassistu, bir-raġel jingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Huwa ttieħed l-isptar fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport