Raġel, ta’ 51 sena residenti s-Siġġiewi, sofra ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq il-Katakombi, in-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.00 a.m.
Jirriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.