Saturday, December 14, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li jibqa’ dieħel f’ħajt

Aqra wkoll

Raġel ta’ 71 sena residenti Ħaż-Żebbuġ sofra ġrieħi ta’ natura gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.15 p.m. fi Triq Għajn Kajjet.

Il-Pulizija marru mill-ewwel fuq il-post fejn jirriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Subaru u baqa’ dieħel f’ħajt.

Is-sewwieq ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-isptar fejn aktar tard kien iċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport