Raġel mill-Kroazja ta’ 43 sena residenti l-Mosta sofra ġrieħi gravi wara li nqaleb bil-mutur. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00 p.m. fi Triq F. Busuttil f’Birkirkara.
Fuq il-post mar tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.