Raġel ta’ 52 sena residenti r-Rabat, ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li nqaleb bil-vann fl-Imqabba. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15 a.m. fi Triq il-Belt Valletta.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq vettura tat-tip Mitsubishi Fuso u għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb.
Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn iktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.