Raġel residenti Ħaż-Żabbar sofra ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħaż-Żabbar. Il-Pulizija kienu informati bl-inċident fi Triq is-Siġġiewi għall-ħabta tas-7.00 a.m.
Mill-ewwel investigazzjonijiet tagħhom jirriżulta li karozza tat-tip Toyota IQ, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 37 sena li joqgħod is-Siġġiewi, laqtet lill-vittma li għandu 47 sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.