Saturday, November 23, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li kien attakkat minn xi persuni fil-Qawra

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel Sirjan ta’ 24 sena, residenti San Pawl il-Baħar, kellhu jittieħed l-Isptar għall-kura wara argument li seħħ il-Qawra.

Tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta ta’ nofsillejl, fl-Għassa tal-Qawra daħal raġel b’xi dmija u rrapporta li kien ġie attakat minn xi persuni barranin fi Triq it-Trunċiera.

Għaldaqstant, il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien seħħ argument bejn xi persuni li ħarbu minnufih minn fuq il- post.

Tim mediku kien imsejjaħ biex jassisti u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall- aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri min ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport