Saturday, November 23, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’xaft ta’ residenza

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi gravi wara li Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:05 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Vitorja, l-Isla. 

Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li r-raġel ta’ 52 sena residenti Birżebbuġa kien waqa’ f’xaft waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġewwa l-istess residenza. 

Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġew imsejħa fuq il-post sabiex jassistu lir-raġel u ambulanza ħaditu l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa.

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

Sport