Saturday, December 28, 2024

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m kien involut f’inċident ġo residenza fi Triq id-Duluri, iż-Żejtun. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 71 sena u residenti il-Ħamrun, weġġa’ wara li waqa’ minn fuq sellum. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport