Raġel sofra ġrieħi gravi wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-7:45 a.m kien involut f’inċident f’sit tal-kostruzzjoni fi Triq Duminku Mintoff f’Raħal Ġdid.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Albaniż ta’ 30 sena residenti Birżebbuġa kien waqa’ madwar tliet metri minn sit ta’ kostruzzjoni waqt li kien
qed jagħmel xi xogħol.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna. Ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.