Raġel iddaħħal l-Isptar wara li iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq A.M Valperga, il-Fgura.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel weġġa’ wara li waqa’ madwar tliet sulari għoli waqt li kien qed jaħdem.
Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lir-raġel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Iżjed tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi. Minkejja li x’aktarx ir-raġel huwa barrani, s’issa l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.