Żagħżugħ kellu jittieħed l-isptar Mater Dei b’urġenza wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:20 a.m kien involut f’argument fl-inħawi ta’ Tigne f’Tas-Sliema.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kien hemm argument bejn Ingliż ta’ 21 sena residenti Birkirkara u raġel ieħor li ħarab minn fuq il-post. Waqt dan l- argument, allegatament, intużat arma li taqta’ u bil-ponta.
Il-Pulizija bdiet minnufih bit-tfittxija għall-aggressur u fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew liż-żagħżugħ sakemm seta’ jittieħed lejn l-isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Aktar tard irriżulta li ż-żagħżugħ qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Il-pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta mal-każ.