Raġel Ungeriż ta’ 50 sena, residenti San Pawl il-Baħar, kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident fin-Naxxar. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-9:55 a.m fi Triq Tul il-Kosta, Naxxar, direzzjoni lejn San Ġiljan
Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li x-xufier tal-mutur tat-tip Honda, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur, ħabat mal-barrikati li jaqsmu t-triq u tkaxkar diversi metri. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard is-sewwieq ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr. Caroline Farrugia Frendo li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.