Saturday, December 14, 2024

Isofri ġrieħi serji f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Raġel ittieħed lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li għall-ħabta tas-6.30 p.m kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Għajn Qatet fir-Rabat Għawdex.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Toyota Starlet, misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti l-Fontana Għawdex, u mutur Kymco, misjuq minn raġel ta’ 64 sena residenti s-Sannat.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza li ssejħet fuq il-post. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Bridgette Sultana ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport