Sunday, December 22, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li ħabat f’ħajt f’Ħal Luqa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li lbieraħ għall-ħabta tal-11:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Valletta f’Ħal Luqa.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel Filippin ta’ 43 sena residenti Ħal Luqa, tilef il-kontroll tal-karozza Mazda 2 Sport li kien qed isuq u ħabat ma’ ħajt. 

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja. Fil-post issejħu wkoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport