Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li għall-ħabta tal-4:45 p.m kien involut f’inċident li seħħ f’impjant fi Triq il-Belt Valletta, iż-Żurrieq.
Minn stħarriġ illi sar, irriżulta li raġel li l-identità tiegħu għadha mhix magħrufa, inqabad f’makkinarju li kien qed jaħdem bih fuq il-post tax-xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġele l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.