Raġel sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-1:30 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq San Anard, ir-Rabat, Għawdex.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li Ingliż ta’ 31 sena tilef il-kontrol tal-vettura Sheng FX400 li kien qiegħed isuq u nqaleb.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Bridgette Sultana li fetħet inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.