Friday, May 17, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq saqaf ta’ kamra fil-Qrendi

Aqra wkoll

Raġel kellu jiddaħħal l-Isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta 1:00 p.m sab ruħu f’diffikultà fl-inħawi ta’ Triq Wied iż-Żurrieq il-Qrendi.

Minn investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel, li għandu 37 sena, waqa’ għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ kamra.

Tim mediku kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili assistew lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Joe Mifsud kien infurmat u ħatar inkjesta filwaqt li linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport