Monday, November 4, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq trakk f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tal-10:15 a.m kien involut f’inċident li seħħ fiż-żona magħrufa bħala Ras ħanżir fl-inħawi tal-Qasam Industrijali ta’ Kordin f’Raħal Ġdid.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti Ħ’Attard kien waqa’ minn fuq trakk waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport