Saturday, November 23, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq żiemel fin-Naxxar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi serji wara li għall-ħabta tas-2:10 p.m kien involut f’inċident li seħ fi Sqaq Ħabel Żwejra fin-Naxxar.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li għal xi raġuni, raġel ta’ 31 sena u residenti l-Mosta, waqa’  minn fuq żiemel u sofra xi ġrieħi.

Tim mediku assista lir-raġel fuq il-post u ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza għal żjed kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport