Anjan indarab serjament wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Wied fl-Iklin.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li l-anzjan ta’ 71 sena, residenti l-Mosta waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol ġo xi blokka t’appartamenti.
Fil-post issejħu ambulanza u tim mediku li assistew lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Marseanne Farruġia li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett.