Tuesday, December 24, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli fis-Siġġiewi

Aqra wkoll

Raġel sofra ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:30 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Farruġ, fis-Siġġiewi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel mill-Gambja ta’ 51 sena kien waqa’ madwar sular u nofs waqt li kien qiegħed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.

Ir-raġel ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat bi ġrieħi serji.

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li l- investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport