Raġel sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:00 a.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Ballut fil-Mosta.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li r-raġel ta’ 47 sena residenti l-Mosta kien indarab wara li waqgħu fuqu xi folji tal-ħġieġ li kien qed iħott.
Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assista lir-raġel sakemm seta’ jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.