Monday, November 11, 2024

Isostni li minkejja kull kritika, l-Oppożizzjoni hija bla ideat fis-settur tal-Ippjanar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Omar Farrugia qal li kontra ta’ dak kollu li qed jgħidu l-membri tal-Oppożizzjoni, l-ekonomija Maltija ma tiddependix minn settur wieħed. Waqt is-seduta parlamentari tal-lejla huwa sostna li s-settur tal-kostruzzjoni però huwa settur ieħor ma bosta oħrajn li jipprovdi opportunitajiet ta’ xogħol u investiment.

Farrugia rrefera għar-rieda li qiegħed juri l-gvern biex jirriforma d-diversi setturi tal-ippjanar, il-kostruzzjoni u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 

Minkejja l-kritika anke jekk parti minnha tkun ġustifikata, id-deputat Laburista kompla biex jgħid li l-fatti juru stampa li ma jista’ jmeriha ħadd … “Ir-riformi li qed jagħmel dan il-gvern kienu ilhom fuq l-ixkaffa għal għexieren ta’ snin u llum qegħdin nimplimentawhom waħda waħda. Il-kontra ta’ dak kollu li jgħidu sħabna tal-Oppożizzjoni, għaliex fil-ftit diskorsi li smajna, ’il fuq minn siegħa, ma smajniex b’riforma waħda jew opportunità waħda jew idea waħda biex dan is-settur jibqa’ jimxi ’l quddiem”, tenna Farrugia. 

Farrugia rrefera għall-iskema mħabbra mill-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi ftit tal-ġimgħat ilu biex l-investiment ta’ eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin ikompli jiġi mtejjeb skont il-policies, il-permessi u l-proċessi kollha neċessarji skont l-Awtorità tal-Ippjanar. Farrugia kien qiegħed jirreferi għall-iskema ta’ regolarizzazzjoni tal-bini permezz ta’ avviż legali maħruġ ix-xahar li għadda. Dan sar bil-għan li iktar familji jingħataw serħan il-moħħ għal meta jiġu biex ibigħu l-proprjetà tagħhom jew sabiex jissellfu fuq id-dar tagħhom. Il-proċedura għar-regolarizzazzjoni tal-bini hija ntiża sabiex dawk għandhom il-proprjetà tagħhom li ma jkunux konformi għalkollox mal-liġi minħabba xi nuqqasijiet, jista’ jinħarġilhom permess, sakemm it-tali xogħol illegali jkun seħħ qabel l-2016.

Sport